(PR 280/26)
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar (1600hrs), fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħal Safi u mutur Junak misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti Ħaż-Żabbar.The first accident occurred at around 1600 hrs, in Triq id-Dejma, Tarxien. Preliminary investigations revealed that a collision occurred between a Toyota Vitz driven by a 50-year-old woman from Safi and a Junak motorcycle driven by a 69-year-old man from Zabbar.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija (1930hrs), fi Triq Sant’Anna, il-Furjana. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ inċident bejn xarabank Otokar Vectio, misjuq minn Indjan ta’ 34 sena residenti l-Imsida u e-kick scooter li kien qed jinstaq minn tifel ta’ 12-il sena.
Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn ix-xufier tal-mutur u t-tifel, ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.