(PR 271/26)

Persuni arrestati b’rabta mat-traffikar tad-droga fil-Marsa
Wara jiem ta’ sorveljanza u investigazzjonijiet fuq residenza fit-Telgħa ta’ Spencer, fil-Marsa, b’rabta ma’ allegat traffikar tad-droga, nhar l-Erbgħa filgħaxija l-Pulizija wettqet rejd fuq l-imsemmija residenza. Fuq il-post ġie arrestat raġel ta’ 40 sena li jirrisjedi fl-imsemmija residenza, flimkien ma’ raġel ieħor ta’ 46 residenti l-Isla u mara ta’ 56 sena residenti r-Rabat Malta.
Waqt it-tfittxijiet li saru fir-residenza, il-Pulizija sabu sustanzi suspettati li huma kokaina u eroina, flimkien ma’ diversi oġġetti marbuta mat-traffikar tad-droga, madwar €700 fi flus kontanti u oġġetti oħra ta’ valur.
Fl-istess waqt, il-Pulizija interċettat vettura fi Triq Ninu Cremona, f’Raħal Ġdid, wara li x-xufier tagħha, raġel ta’ 32 sena Raħal Ġdid, kien iżjed qabel ġie osservat ħiereġ mill-istess residenza tal-Marsa. Minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu madwar 25 qartas b’sustanza suspettata kokaina, flimkien ma’ ammont ta’ siringi wżati.
L-investigazzjojinijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li tnejn mill-arrestati mistennija jitressqu l-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra (1000hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Nadine Lia LLD.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.