Persuna titlef ħajjitha wara inċident f’Kemmuna

(PR 493/25)

Ingliż ta’ 43 sena, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kienet qiegħed fil-Bajja tal-Blue Lagoon, Kemmuna.

Kienu għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), xħin il-Pulizija ġew infurmati li hemm bżonn l-assistenza minħabba li raġel, wara li niżel minn żurżieqa ta’ katamaran għal ġol-baħar, sab ruħu f’diffikultà.

Huwa ngħata l-ewwel għajnuna medika mill-membri tal-ERRC u wara ttieħed lejn il-Port tal-Imġarr, Għawdex.

Hemmhekk, kien hemm tim mediku mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar assistenza, iżda sfortunament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit wara li wasal l-isptar.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.