PR 578 26

Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija b’rabta ma’ serqa minn ħanut f’Raħal Ġdid ħalliet il-frott hekk kif fi ftit sigħat, l-allegat ħalliel, raġel ta’ 44 sena residenti Santa Luċija, ġie arrestat.

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis, meta għall-ħabta tat-tlieta nieqes għoxrin ta’ filgħodu (0240hrs), waqt li l-Pulizija kienu fuq ronda fi Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid, innotaw vetrina ta’ ħanut imkissra. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li vettura, tal-għamla Toyota, daħlet fil-vettrina u mill-karozza niżlet persuna fejn allegatament serqet numru ta’ oġġetti u wara ħarbet minn fuq il-post.

Minnufih bdiet tfittxija għal din il-vettura fejn din instabet abbandunata fi Triq Xintill, Ħal Tarxien. Minn aktar investigazzjonijiet irriżulta li din kienet insterqet ftit tal-ħin qabel minn Ħal Tarxien stess u rriżulta wkoll li l-allegat ħalliel, wara li abbanduna l-ewwel vettura, telaq b’vettura oħra. Ftit mumenti wara, il-Pulizija identifikat din it-tieni vettura fejn instabet f’Santa Luċija, bil-persuna suspettata li wettqet is-serqa ġo fiha. Huwa ġie arrestat fuq il-post.

Filwaqt li r-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet, huwa mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) quddiem il-Maġistrat Dr Nadine Sant Lia LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.