PR 563 26

Persuna arrestata b’rabta ma’ serqa minn fuq anzjana

Investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija b’rabta ma’ serqa fuq anzjana ħallew il-frott hekk kif fis-sigħat illi għaddew, l-allegat ħalliel ġie identifikat u arrestat.

Il-każ seħħ il-Ħadd illi għadda, meta għal xi s-sebgħa ta’ filgħaxija (1900hrs), mara ta’ 81 sena residenti Birkirkara, irraportat fl-Għassa tal-Pulizija li kienet għadha kemm sfat misruqa waqt li kienet miexja fi Triq Santa Liena, Birkirkara.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li waqt li l-vittma kienet mixja, raġel liebes flokk u shorts iswed, attakkaha u ħadilha l-basket li kellha. Waqt li l-ħalliel ħarab minn fuq il-post, l-anzjana ma sofrietx ġrieħi.

Minn aktar stħarriġ li sar u wara li ġew analizzati numru ta’ filmati tas-sigurtà, ġie identifikat l-allegat ħalliel, raġel ta’ 36 sena u ġie arrestat aktar kmieni llum minn Ħal-Qormi.

Filwaqt li r-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet, huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil jiem illi ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.