(PR 21/26)

Operazzjoni oħra ta’ ritorn
Il-Pulizija tal-Immigrazzjoni keċċiet mill-pajjiż immigrant irregolari ta’ dixxendenza Ażjatika wara li ma kkwalifikax għall-protezzjoni f’Malta.
Ir-raġel kien daħal Malta lura fl-2023 u minn dak iż-żmien baqa’ qatt ma kkopera mal-awtoritajiet biex jitlaq mill-pajjiż. Huwa skonta wkoll perjodu ta’ priġunerija wara li pprova jaħrab minn ċentru ta’ detenzjoni.
Fl-aħħar ġimgħat, permezz ta’ ħidma mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni u r-Returns Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-xogħol, inkiseb dokument ta’ identifikazzjoni biex ir-raġel issa seta’ jiġi ritornat lura lejn il-pajjiż tal-oriġinu tiegħu b’mod sfurzat. Sakemm tlesta dan il-proċess ir-raġel baqa’ jinżamm f’ċentru ta’ detenzjoni.
Din hija t-tieni operazzjoni ta’ ritorn sfurzat li ġiet organizzata mill-Pulizija matul is-sena 2026.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.