(PR 351/26)

Mara titlef ħajjitha f'Baħar iċ-Ċagħaq

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija (2000hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq il-Blat l-Abjad fl-akwati ta’ Baħar iċ-Ċagħaq, in-Naxxar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 60 sena residenti s-Swieqi, sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum. Xi nies li kienu fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lill-mara mill-baħar.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara.

ll-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.