(PR 30/26)

Mara ssofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 70 sena residenti Pembroke ħabtet ma’ ħajt waqt li kienet qiegħda ssuq Toyota Starlet u sofriet xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u l-mara ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard, ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.