(PR 376/26)

Mara f’kundizzjoni serja wara waqgħa
Ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar (1700hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza f’residenza fi Triq Ta’ Berrini, Kerċem.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li mara ta’ 72 sena residenti Kerċem, waqgħet għoli ta’ sular ġo xaft.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.
ll-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D kien infurmat bil-każ u fetaħ Inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.