(PR 118/26)

Mara bi ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku

Dalgħodu, għall-ħabta tad-disgħa u nofs (0930hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq iż-Żebbiegħ, l-Imġarr.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 70 sena residenti l-Imġarr ntlaqtet minn Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imġarr.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, waqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei. Hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Il-Maġsitrat Dr. Franco Agius LL.D. ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.