Mara arrestata wara argument f’Wied il-Għajn

(PR 54/25)

Kienu għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu (0845hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’appartament fi Triq il-Gardiel, Wied il-Għajn.

Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu lill-mara b’arma li taqta’ u bil-ponta. Hija mxiet lejn il-Pulizija bl-arma b’mod aggressiv, u għalhekk kienu kostretti jużaw it-taser gun. Fl-appartament instab raġel ferut.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien waqt argument bejn ir-raġel, li għandu 23 sena, u l-mara ta’ 22 sena, li fih allegatament intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

Tim mediku ta l-assistenza liż-żewġ persuni li ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.

Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi u l-mara bi ġrieħi ħfief.

Magistrate Dr Antoine Agius Bonnici LL. D ġie infurmat b’dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.