(PR 446/26)

Mara arrestata u mressaqa l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

Mara ta’ 37 sena ġiet arrestata wara li l-Pulizija waslitilha informazzjoni li l-mara kienet involuta fi traffikar ta’ droga.

Fi tfittxija li saret fir-residenza tagħha f’San Ġiljan, ilbieraħ filgħodu nstabu numru ta’ qratas u boroż b’sustanzi suspettati kokaina, ecstasy, MDMA, ketamine, tusi u ħaxixa tal-kannabis flimkien ma’ oġġetti oħra relatati mat-traffikar.

Bis-sejba kien infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar inkjesta.

Aktar kmieni llum, il-Pulizija ressqet lill-mara b’arrest fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Dr Ann Marie Thake LL.D akkużata b’pussess aggravat u traffikar tad-droga kif ukoll b’ħasil ta’ flus fost oħrajn. Hija wieġbet mhux ħatja għall-akkużi u nżammet taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.