Mara arrestata b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga

Griega ta’ 27 sena ġiet arrestata mal-wasla tagħha fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, wara sejba ta’ pakketti bi droga li nstabu fil-bagalja tagħha.

Uffiċjali tad-Dwana wettqu spezzjonijiet ta’ passiġġieri li s-Sibt filgħaxija waslu fuq titjira li bdiet f’Madrid, Spanja li waslet Malta wara konnessjoni fi Frankfurt, il-Ġermanja. Minnufih intalbet l-assistenza tal-Pulizija u fi tfittxija fil-bagalja tal-mara instabu pakketti bi 15-il kilo sustanza suspettata ħaxixa tal-cannabis.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D li ħatar inkjesta.

Aktar tard illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-mara ser tkun qed titressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Abigail Critien LL.D.

(PR240/24)

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.