Kontrolli tat-traffiku kontra s-sewqan eċċessiv matul il-lejl

(PR 399/25)

Fid-dawl li wieħed jista’ jabbuża fis-sewqan matul il-lejl – hekk kif it-toroq ikunu iktar vojta u
b’hekk wieħed iżid fil-veloċità waqt is-sewqan – il-Korp tal-Pulizija kompla jintensifika wkoll ilkontrolli tat-traffiku matul dawn il-ħinijiet..

Waqt kontrolli tat-traffiku li saru f’Ġunju u f’Lulju, bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u l-erbgħa ta’
filgħodu, inħarġu mal-500 taħrika għal sewqan b’veloċità eċċessiva. Dawn il-vetturi inqabdu
jinstaqu b’veloċità ta’ aktar minn 15-il kilometru fis-siegħa ‘il fuq mill-massimu taż-żona tassewqan.

Fost it-taħrikiet, dawn ingħataw lil sewwieqa li nqabdu jsuqu b’veloċità ta’ 159 kilometru fissiegħa, 156 kilometru fis-siegħa u 148 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 70 kilometru fis-siegħa.
Taħrikiet oħra nħarġu lil sewwieqa li nqabdu jsuqu bejn 111-il kilometru fis-siegħa u 140
kilometru fis-siegħa, fl-istess żona ta’ 70 kilometru fis-siegħa.

F’żona fejn il-veloċità hija ta’ 80 kilometru fis-siegħa, sewwieq inqabad isuq b’124 kilometru
fis-siegħa; filwaqt li f’żona ta’ 60 kilometru fis-siegħa, sewwieqa nqabdu jsuqu bejn 103
kilometru fis-siegħa u 118-il kilometru fis-siegħa. Sewwieqa oħra inqabdu jsuqu bejn 159
kilometru fis-siegħa u 121 kilometru fis-siegħa f’żona fejn il-veloċità massima hija ta’ 50
kilometru fis-siegħa.

Il-Korp tal-Pulizija jibqa’ kommess li jkompli bil-kontrolli tat-traffiku b’mod regolari f’kull ħin
tal-ġurnata, bil-għan li tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.