Kontrolli tat-Traffiku

(PR 435/25)

Il-Pulizija flimkien ma’ uffiċjali tal-LESA komplew iwettqu spezzjonijiet ta’ rutina fit-toroq, fejn ġew imħarrka numru ta’ sewwieqa b’rabta ma’ ksur ta’ regolamenti tat-traffiku.

Waqt waħda minn dawn l-ispezzjonijiet dalgħodu f’Tal-Barrani, iż-Żejtun l-uffiċjali ħarġu 17-il taħrika lix-xufiera b’rabta ma’ irregolaritajiet diversi, filwaqt li 4 xufiera oħra ġew imħarrka wara li nstabu jsuqu bla liċenzja.

Wieħed minn dawn ix-xufiera twaqqaf waqt li kien qed isuq mutur u nstab li għandu biss 16-il sena. Immedjatament, il-mutur ittieħed mill-Pulizija filwaqt li għaddejjin iżjed investigazzjonijiet b’rabta mal-każ.

Filwaqt li l-appell jibqa’ lejn is-sewwieqa biex josservaw ir-regoli tat-traffiku b’rispett lejn ħajjithom u ħajjet nies oħra fit-triq, il-ħidma tal-Pulizija f’dan ir-rigward ser tkompli f’toroq u ħinijiet varji madwar Malta u Għawdex.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.