Kontrolli tat-Traffiku

(PR 78/25)


Waqt spezzjonijiet f’toroq differenti li l-pulizija wettqet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, mas-60 xufier ġew imħarrka wara li nqabdu jsuqu b’veloċità eċċessiva. Saru wkoll aktar minn 30 road-check f’lokalitajiet differenti, fejn twaqqfu mat-800 vettura bil-pulizija toħroġ diversi taħrikiet relatati ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku.

Dawn l-ispezzjonijiet huma parti minn kontrolli ta’ rutina. Mill-1 ta’ Jannar sal-lum saru mal-500 road-check u li fihom twaqqfu eluf ta’ vetturi u nħarġu taħrikiet relatati ma’ ksur tar-regolamenti tat-traffiku, fosthom 750 taħrika b’rabta ma’ sewqan eċċessiv. Dawn saru f’toroq differenti madwar Malta u Għawdex. Ewlenin fosthom Triq Tul il-Kosta, Dawret San Pawl il-Baħar u Triq Garbaldi l-Marsa fejn diversi sewwieqa nqabdu jsuqu b’veloċità ta’ bejn il-113 u l-150 km/h f’żoni fejn il-massimu huwa ta’ 60, 70 jew 80 km/h.

Filwaqt li l-ħidma tal-Pulizija f’dan ir-rigward tkompli fil-ġranet u x-xhur li ġejjin, l-appell jibqa’ lejn is-sewwieqa biex josservaw ir-regoli tat-traffiku b’rispett lejn ħajjithom u ħajjet nies oħra fit-triq.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.