(PR 44/26)

Jittella’ kadavru mill-baħar

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ kadavru fil-bajja tal-Ġnejna.

Illum, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar (1730hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret fuq il-post fejn sabet il-kadavru, li jidher li huwa ta’ mara, iżda għadu ma ġiex identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li l-ġisem ilu fil-baħar għal diversi ġranet.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.