(PR 115/26)

Jittella’ kadavru mill-baħar

Illum, għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar (1300hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ kadavru fil-baħar, fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, ‘il barra mill-irdumijiet tal-Fawwara.

Minnufih fuq il-post indikat marret Patrol Boat tal-Forzi Armati ta’ Malta u wara li l-kadavru ttella’ mill-baħar, iddaħħal fil-Bażi Marittima, f’Xatt it-Tiben.

Bis-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li appuntat.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.