(PR 102/26)

Jittella’ kadavru mill-baħar

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga s-sejba ta’ kadavru fil-baħar fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ.

Il-kadavru ntlemaħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar (1530hrs) u l-Pulizija marret minnufih fuq il-post.

Bl-assistenza ta’ Patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta, ittella l-kadavru mill-baħar u ddaħħal il-Marfa. F’dan l-istadju il-kadavru ma jistax jiġi identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-kadavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.