(PR 239/26)

Jitlesta x-xogħol fl-Uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunità f’Ħ’Attard
u riesaq lejn tmiemu r-rinovar estensiv fl-Għassa tal-Ħamrun

Sal-aħħar ta’ Mejju se tkun qed terġa’ tinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku l-Għassa tal-Ħamrun, hekk kif ix-xogħlijiet ta’ rinovar estensiv li ilhom għaddejjin mill-2024, issa waslu fi tmiemhom.

Ix-xogħlijiet f’din l-għassa kienu jinkludu fost oħrajn twaqqih u rinovar ta’ soqfa, kif ukoll ftuħ ta’ ħitan diviżorji, flimkien ma’ ftuħ ta’ bibien u twieqi ġodda. Dan flimkien ma’ sistema ta’ dranaġġ u installazzjoni ta’ ilma u elettriku kompletament ġodda.

Ġew inklużi wkoll sistemi ta’ ventilazzjoni inkluż arja kkundizzjonata, madum, suffetti, aperturi u għamara ġodda. Bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol ta’ rinovar fuq il-faċċata tal-imsemmija għassa.

Dan ix-xahar mistenni jitlesta wkoll ix-xogħol ta’ rinovar fl-Uffiċċju għall-Pulizija tal-Komunità f’Ħ’Attard.

Ix-xogħol f’dan il-post beda fil-bidu tas-sena li għaddiet, fejn sar rinovar estensiv, kif ukoll installazzjonijiet ta’ elettriku, arja kkundizzjonata u għamara ġdida fost l-oħrajn. Dan il-post ġie mgħammar ukoll b’charging point għall-vetturi elettriċi li jintużaw mill-Korp.

Dawn l-investimenti ġew jiswew total ta’ iżjed minn €740,000 (€660,000 fil-Ħamrun u €80,000 f’Ħ’Attard) u jsegwu sensiela ta’ rinovazzjonijiet estensivi fl-Għases tal-Pulizija li tlestew fl-aħħar snin fosthom fil-Gżira u r-Rabat u Għassa ġdida f’Wied il-Għajn.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.