Jissoktaw l-ispezzjonijiet b'rabta mal-immigrazzjoni irregolari

(PR 177/25)

Fi spezzjonijiet li saru matul il-jum tas-Sibt u fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu, ġew arrestati 35 persuna li nstabu jgħixu u jaħdmu f’Malta b’mod irregolari.

Dawn l-ispezzjonijiet saru fuq is-servizz tat-trasport pubbliku, f’postijiet pubbliċi fil-Marsa u kif ukoll matul il-lejl f’Paceville.

Il-persuni miżmuma huma mis-Sirja, mill-Afghanistan, mill-Ghana, mill-Brażil, mill-Mali, min-Nepal, mill-Pakistan, min-Niġerja, min-Niger, mill-Gambja, mis-Sudan u mill-Kosta tal-Avorju.

L-ispezzjonijiet tmexxew mill-Pulizja assistiti minn uffiċjali mill-Aġenzija għas-Servizzi ta’ Detenzjoni. Il-persuni kollha li ġew miżmuma nħarġitilhom ordni biex jitilqu mill-pajjiż u qed jinżammu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isir ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu jew fi stati membri Ewropej oħra li għandhom permess jgħixu fihom.

Dawn l-ispezzjonijiet se jkomplu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.