Jissoktaw il-kontrolli ta’ rutina tat-traffiku

(PR 539/25)

Matul din il-ġimgħa, il-pulizija kompliet b’aktar kontrolli ta’ rutina f’diversi toroq madwar Malta.

Waqt dawn il-kontrolli tat-traffiku li saru fost oħrajn f’Ħaż-Żebbuġ, f’Ħal Qormi, f’San Pawl il-Baħar, Ħal Luqa, f’Raħal Ġdid, f’Birżebbuġa, fiż-Żejtun, fl-Imsida, fil-Ħamrun u f’Ħal Kirkop, il-Pulizija sabet mal-għoxrin sewwieqa jsuqu mingħajr liċenzja valida u erba’ sewwieqa nqabdu jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol.

Waqt l-istess spezzjonijiet, 24 vettura nstabu jiġu misjuqa iżjed mil-limitu tal-veloċità permess, fosthom vettura li kienet qiegħda tinstaq b’veloċità ta’ 137 kilometru fis-siegħa f’żona ta’ 70 kilometru fis-siegħa. Inħarġu ukoll mal-150 kontravenzjoni oħra relatati ma’ ksur differenti tar-regolamenti tat-traffiku.

Jassistu lill-Pulizija f’uħud minn dawn il-kontrolli kien hemm ukoll l-uffiċjali tal-LESA.

Il-Korp tal-Pulizija jibqa’ kommess li jkompli bil-kontrolli tat-traffiku b’mod regolari f’kull ħin tal-ġurnata, bil-għan li tiġi mħarsa s-sigurtà ta’ dawk kollha li jużaw it-toroq tagħna.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.