Jinstab katavru ta’ raġel fil-baħar viċin Kemmuna

(PR 205/25)

Għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar (1245hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li ntlemħet persuna wiċċha ‘l isfel fil-baħar qrib Kemmuna.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta li min-naħa tagħhom marru fuq il-post fejn sabu raġel li deher mitluf minn sensih, tellgħuh l-art fil-Port tal-Imġarr, f’Għawdex, iżda sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet.

Minn investigazzjonijiet li saru, irriżulta li l-persuna huwa raġel ta’ 71 sena residenti x-Xewkija, Għawdex li aktar kmieni kien qiegħed jistad.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Brigitte Sultana LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.