(PR 180/26)

Jingħata bidu għat-testijiet tad-droga fit-toroq

Wara l-emendi legali li għaddew mill-Parlament riċentement, fl-aħħar jiem il-Pulizija bdiet twettaq testijiet tad-droga fuq is-sewwieqa bħala parti minn impenn kontinwu biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq Maltin u Għawdxin.

Fl-ewwel jiem ta’ dawn it-testijiet, tliet sewwieqa nvoluti f’kollużjonijiet irriżultaw pożittivi għall-użu tad-droga. Barra minn hekk, waqt kontrolli ta’ rutina, instab sewwieq ieħor pożittiv.

Dan is-sewwieq kien fost 70 vettura li twaqqfu l-Ħadd li għadda fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Matul dawn il-kontrolli, inħarġu 32 kontravenzjoni għal diversi ksur ta’ regolamenti tat-traffiku, filwaqt li 11-il vettura nqabdu jaqbżu l-limitu tal-veloċità.

Dawn il-kontrolli qegħdin isiru b’mod regolari, f’kull ħin tal-ġurnata, u se jissoktaw fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.