Iżjed suċċessi mill-Pulizija fil-ħidma kontra t-traffikar tad-droga

(PR 665/24)

Il-ħidma kontinwa tal-Pulizija kontra t-traffikar tad-droga wasslet biex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet ġew arrestati erba’ persuni.
Somalu ta’ 28 sena residenti l-Gżira ġie arrestat mill-Pulizija wara li avviċinahom waqt li kienu pajżana fl-inħawi ta’ stabbiliment tad-divertiment f’Paceville biex jipprova jbiegħilhom id-droga. Minn tfittxija li saret fuqu, instab li kien fil-pussess ta’ pakketti b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.
Huwa tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga u pussess aggravat u li kien reċediv, hekk kif kien instab ħati b’akkużi simili. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u kien ikkundannat 18-il xahar ħabs flimkien ma’ multa.
Il-Pulizija arrestat ukoll Somalu ta’ 23 sena residenti Birżebbuġa u Alġerin ta’ 24 sena residenti Birkirkara, li twaqqfu f’San Ġiljan u mit-tfittxija li saret instabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.
Waqt ronda oħra li saret f’Raħal Ġdid, ġie mwaqqaf ġuvni ta’ 19-il sena residenti l-Imqabba, fejn minn tfittxija li saret fil-vettura tiegħu nstab li kien fil-pussess ta’ pakkett b’sustanza suspettata kokaina.
Il-Korp tal-Pulizija jtenni l-impenn tiegħu għal aktar ħidma u kontinwa kontra t-traffikar tad-droga.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.