Iżjed suċċessi mill-Pulizija fil-ħidma kontra t-traffikar tad-droga f’Paceville

(PR 198/25)

L-impenn kontinwu tal-Pulizija dwar traffikar ta’ droga, wassal għall-arrest ta’ żewġt irġiel matul il-lejl li għadda.

Waqt rondi ta’ rutina f’Paceville, il-pulizija innotaw persuna li kien qed iwettaq xogħol ta’ bouncer f’stabbiliment fi Triq San Ġorġ jaġixxi b’mod suspettuż. Il-pulizija komplew jissorveljaw l-imsemmi persuna fejn f’ħin minnhom segwewh sal-kamra tat-toilets u qabduh filfatt b’erba’ qratas suspettata kokaina f’idejh u fl-id l-oħra magna li tgħaddi t-transazzjoni tal-flus. Fil-kamra kien hemm żewġ persuni oħra, b’wieħed minnhom kien qed jgħaddi l-kard minn fuq din il-magna tal-flus.

Is-Serb ta’ 21 sena li kien qed jagħmel xogħol ta’ bouncer u li allegatament inqabad filfatt ibigħ id-droga ġie arrestat fuq il-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li l-magna tal-flus kienet allegatament proprjetà tad-DJ li kien qed idoqq fl-istabbiliment dak il-ħin.

Il-Pulizija proċediet bl-arrest tad-DJ, Libjan ta’ 34 sena fejn minn tfittixjiet li saru, fil-pussess tiegħu nstabu magna oħra li tgħaddi t-transazzjonijiet tal-flus, kif ukoll ammont ta’ qratas vojta li lkoll ġew elevati.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Jekk titfi dan il-cookie, ma nkunux nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek. Dan ifisser li kull darba li żżur din il-websajt trid terġa' tattiva jew titfi l-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.