(PR 536/26)

Ġuvni arrestat b’rabta ma' traffikar tad-droga

Ġuvni ta’ 16-il sena kien arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjoni dwar allegat traffikar tad-droga.

Huwa twaqqaf wara li l-Pulizija nnutatu jsuq vettura u wara li pparkja, niżel minnha u telaq bil-mixi. Hekk kif ġie avviċinat mill-Pulizija, huwa pprova jaħrab, iżda ġie arrestat mill-ewwel.

Minn tfittxija li saret fuqu u fil-karozza, ġew elevati 12-il qartas b’sustanza allegatament kannabis, grinder bi traċċi allegatament ta’ aktar kannabis, 5 qartas b’sustanza allegatament kokaina, kif ukoll madwar €700 fi flus kontanti.

Wara saret tfittxija fir-residenza fejn jgħix u minn hemm il-pulizija sabu aktar sustanza suspettata kokaina, miżien elettroniku bi traċċi ta’ sustanza illeċita u numru ta’ boroż żgħar.

Huwa qed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.