(PR 468/26)

Inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar
Mara ta’ 65 sena residenti San Pawl il-Baħar u raġel ta’ 75 sena residenti l-Mellieħa, għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu (1100hrs), ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-mara kienet qiegħda ssuq Toyota Funcargo u tilfet il-kontroll, bil-konsegwenza li l-vettura nqelbet fuq il-ġenb.
Ir-raġel u l-mara ngħataw l-għajnuna minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, fejn imbagħad ittieħdu l-isptar b’ambulanza.
Hemmhekk, il-mara ġiet iċċcertifikata bi ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.