(PR 396/26)

Inċident tat-traffiku fil-Fgura

Illum, għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ filgħodu (0415hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Ħaż-Żabbar, il-Fgura.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 58 sena residenti Birkirkara kien qed isuq vettura MG MG4 Electric, xħin tilef il-kontroll, laqat monument li jinsab f’nofs ir-roundabout u wara baqa’ dieħel f’parapett ta’ residenza. Fil-vettura kien hemm ukoll żagħżugħ ta’ 19-il sena u mara ta’ 50 sena, it-tnejn mill-Ġermanja.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.