(PR 388/26)

Inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard

Dalgħodu, għall-ħabta tat-tlieta u nofs (0330hrs), il-Pulizija intalbet tassisti f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira, Ħ’Attard.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li Kia Picanto ħabtet f’binja abbandunata. Fil-vettura kien hemm żewġ minuri ta’ 16 u 13-il sena.

Tim mediku assista minnufih fuq il-post u t-tnejn ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, il-ġuvni ta’ 16-il sena ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.