(PR 602/25)

Inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Illum, għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar (1230hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn DAF 85 misjuq minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Qormi u Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.

Fit-Toyota kien hemm ukoll raġel ta’ 70 sena u mara ta’ 71 sena, it-tnejn jgħixu ż-Żurrieq ukoll.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanzi ħadu l-persuni li kollha li kienu fit-Toyota l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, il-mara ta’ 71 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji, r-raġel ta’ 70 sena ġarrab ġrieħi ħfief filwaqt li x-xufiera ma weġġgħatx.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.