(PR 338/26)

Inċident tat-traffiku f’Birżebbuġa

Ilbieraħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ waranofsinhar (1330hrs) il-Pulizija kienet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn trakk DAF 85 misjuq minn raġel ta’ 44 sena residenti l-Imsida u trakk DAF CF440 misjuq minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Qormi.

Minnufih assistew membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku u r-raġel ta’ 49 sena ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard kien ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.