(PR 82/26)

Inċident tat-traffiku

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tan-nofsiegħa (0030hrs), il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Barrani, Ħal Tarxien.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn BMW 120 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 24 sena residenti n-Nadur u Mercedes E-class misjuqa minn raġel ta’ 21 sena residenti Wied il-Għajn.

Il-Mercedes imbaghad ħabtet f’Peugeot 208 li kienet wieqfa u li fiha kien hemm żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, ta’ 38 sena u 28 sena. Bl-impatt, din il-vettura ħabtet ġo Ford Transit li ukoll kien wieqaf.


Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, li kienu fuq xoghol dak il-ħin, l-Isptar Mater Dei għall-kura.


Aktar tard, l-uffiċjal ta’ 38 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.