(PR 655/25)

Inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Santa Venera

Eġizzjan ta’ 41 sena residenti Raħal Ġdid, weġġa’ meta waqa’ madwar tliet sular waqt li kien qiegħed jaħdem.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ dalgħodu (0815hrs), fi Triq Kanonku Bonnici, Santa Venera.

Fuq il-post marru l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku, u ambulanza ħadet il-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D li ħatar diversi esperti sabiex
jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija, flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.