Inċident fil-Qrendi

(PR 302/25)

Raġel ta’ 48 sena jinsab l-isptar għall-kura wara li ndarab waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol relatat mal-manifattura tal-logħob tan-nar.

L-inċident seħħ l-erbgħa 18 ta’ Ġunju għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija (2100hrs) f’kamra tan-nar fi Triq taż-Żellieqa, l-Qrendi.

Ir-raġel, li joqgħod il-Qrendi stess, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Antoine Agius Bonnici LL. D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet rigward il-każ għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.