(PR 461/26)

Inċident fatali tat-traffiku f’Ħal Qormi

Indjan ta’ 27 sena residenti Raħal Ġdid, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart (1145hrs) fi Triq Tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qed isuq trakk tal-għamla Toyota Toyace li kien involut f’ħabta ma’ vettura DAF CF85, misjuq minn raġel 39 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, iżda sfortunatament ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D kienet infurmata bl-inċident u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.