(PR 27/26)

Il-Pulizija tkompli bl-infurzar b’rabta ma’ irregolaritajiet fit-traffiku

Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija kompliet b’patrols u spezzjonijiet kontinwi fl-inħawi ta’ Ta’ Qali u r-Rabat, b’rabta ma’ irregolaritajiet fit-traffiku u rapporti ta’ sewqan perikoluż.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-pulizija nnutat żewġ sewwieqa, ta’ 25 u 26 sena, li kienu qed jagħmlu manuvri perikolużi u drifting f’parkeġġ pubbliku f’Ta’ Qali, b’mod li poġġa f’riskju kemm lilhom infushom kif ukoll lil persuni oħra. Iż-żewġ vetturi ġew imwaqqfa u s-sewwieqa ġew infurmati li se jinħarġu akkużi kontrihom.

Aktar tard, waqt ronda fir-Rabat, il-pulizija nnutat vettura tinstaq b’veloċità eċċessiva. Il-vettura ġiet segwita mill-pulizija, fejn is-sewwieq kompla jsuq b’mod eċċessiv li jaqbeż il-160km/hr u beda jinjora diversi regoli tat-traffiku u joħloq periklu fit-triq.

Il-vettura ġiet eventwalment imwaqqfa fis-Siġġiewi, fejn is-sewwieq, ġuvni ta’ 21 sena, ġie identifikat. Waqt spezzjoni tal-vettura, minbarra numru ta’ irregolaritajiet, il-pulizija sabet ukoll sirena tal-emerġenza illegali installata fil-vettura. Is-sewwieq ġie infurmat li se jitressqu akkużi kontrih u l-vettura ġiet ikkonfiskata mill-Pulizija.

Il-Pulizija tfakkar li s-sewqan b’veloċità u b’mod perikoluż mhux biss jikser il-liġi – iżda jpoġġi l-ħajjiet f’riskju. L-ispezzjonijiet ta’ infurzar tal-Pulizija ser ikomplu, u qegħdin iwasslu għal aktar riżultati, kif anke komunikat fl-istqarrija ppubblikata t-Tnejn f’PR 23/26.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.