Il-Pulizija tkisser grupp ta’ kriminalità organizzata b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga

(PR 554/24)

Ħames barranin li jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata, fl-aħħar sigħat ġew arrestati waqt operazzjoni b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar tad-droga f’pajjiżna.

Wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet, permezz ta’ ‘Intelligence-Led-Policing’, il-Pulizija identifikat lill-persuni allegatament involuti. Bl-informazzjoni kollha miġbura, il-Ħadd illi għadda l-Pulizija ċċirkondaw vettura f’Ħaż-Żabbar fejn fiha nstabu mas-seba’ kilogrammi kokaina.

L-investigazzjonijiet tkomplew f’residenza f’Ħaż-Żabbar u f’żewġ residenzi oħra f’Wied il-Għajn. Fit-tfittxijiet illi saru fihom, il-Pulizija sabu iktar kokaina, mas-sitt kilogrammi ħaxixa tal-kannabis, armi tan-nar, munizzjon, apparat relatat ma’ traffikar tad-droga, magna li tgħodd il-flus u ammont sostanzjali ta’ flus kontanti, kif ukoll numru ta’ dokumenti ffalsifikati, fost affarijiet oħra.

Il-persuni arrestati huma raġel ta’ 36 sena u mara ta’ 22 sena mis-Serbja, raġel ta’ 34 sena mill-Kroazja, raġel ta’ 54 sena mill-Maċedonja u Taljan ta’ 37 sena.

Il-persuni kollha qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija, il-Floriana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ dalgħodu (1100hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Nadine Sant Lia LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.