Il-Pulizija tkisser grupp ta’ kriminalità organizzata b’rabta ma’ importazzjoni u traffikar ta’ droga

(PR 125/25)

Wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet u permezz ta’ ‘Intelligence-Led Policing’, is-Sibt, il-Pulizija kissret grupp ta’ kriminalità organizzata ta’ importazzjoni u traffikar ta’ droga madwar l-Ewropa.

Bl-informazzjoni kollha miġbura, is-Sibt filgħodu, il-pulizija ċċirkondaw blokk ta’ appartamenti fi Triq Alfred Craig, Tal-Pietá.

Minn dawn l-appartamenti, il-pulizija arrestaw tlitt irġiel u mara, kollha mir-Rumanija, filwaqt li elevat mal-10 kilogramma ħaxixa tal-kannabis, b’valur fis-suq ta’ madwar €150,000. Intant, Rumen ieħor ġie arrestat minn lukanda fil-Gżira.

L-irġiel arrestati għandhom 36, 40 u 44 sena, u l-mara għanda 33 sena, rispettivament.

Il-persuni mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.