(PR 513/26)


Il-Pulizija tarresta tliet persuni b’rabta ma’ sensiela ta’ serq ta’ ġojjellerija minn stabbiliment tad-divertiment

Tliet persuni ġew arrestati mill-Pulizija b’rabta ma’ sensiela ta’ serq, magħruf bħala ‘snatch and grab’ ta’ ġojjellerija minn fuq persuni fi stabbilimenti tad-divertiment f’Ta’ Qali.

Il-Pulizija kienet infurmata b’diversi każijiet ta’ serq ta’ ġojjellerija li seħħew matul il-lejl bejn it-28 u d-29 ta’ Awwissu 2026, bil-valur tas-serqiet jaqbeż is-€17,000.

Mill-investigazzjonijiet illi saru, inkluż analiżi ta’ filmati tas-sigurtá, irriżulta li l-każijiet kienu organizzati u kkoordinati mill-istess tliet persuni. Milli jidher, waqt li jkunu qed jiżfnu man-nies, jaħtfu u jiġbdu ġiżirajjen minn fuq l-għonq tal-vittmi u jaħarbu qalb il-folla.

Mill-istħarriġ li sar, il-pulizija rnexxielha tidentifika wieħed mis-suspettati u wara li saret sorveljanza, il-Pulizija rnexxielha tidentifika wkoll liż-żewġ persuni l-oħra. Dan wassal biex it-tliet persuni ġew arrestati minn residenza f’Birżebbuġa.

Waqt it-tfittxijiet li saru fir-residenza, instabu wħud mill-ġiżirajjen irrappurtati misruqa.

It-tliet persuni – li huma Taljani ta’ 45, 32 u 20 sena – qed jinżammu arrestati filwaqt li għadhom għaddejjin aktar investigazzjonijiet.


Il-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar (1400hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Lara Lanfranco LL.D.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.