Il-Pulizija ssolvi sensiela ta' serqiet

(PR310/24)

Azzjoni immedjata mill-Pulizija wasslet għall-arrest ta’ raġel waqt li kien qiegħed iwettaq serqa f’ħanut f’San Ġiljan.

Minn investigazzjonijiet ulterjuri rriżulta li r-raġel allegatament wettaq disa’ serqiet oħra li seħħew matul l-aħħar ġimgħat minn diversi ħwienet, uffiċini u lukanda fil-Gżira.

Ir-raġel allegatament seraq diversi oġġetti fosthom ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti u apparat elettroniku, kif ukoll għamel diversi ħsarat.

Ir-raġel, li huwa Taljan ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa, ser ikun qiegħed jitressaq l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.