Il-Pulizija Maltija tingħaqqad f’inizjattiva tar-RoadPol fi spezzjonijiet ta’ trakkijiet u vetturi li jġorru l-passiġġieri

(PR 239/25)

Il-Pulizija Maltija ngħaqqdet ma’ pajjiżi membri tar-RoadPol (European Roads Policing Network), fejn ikkordinat spezzjonijiet fuq trakkijiet u vetturi li jġorru l-passiġġieri.

Dawn l-ispezzjonijiet kienu parti mill-inizjattiva tar-RoadPol, bl-isem “European Truck and Bus Week”, li saret bejn il-5 u l-11 ta’ Mejju, 2025.

B’kollox saru madwar 30 roadcheck f’diversi toroq ewlenin, f’Malta u f’Għawdex, fejn twaqqfu aktar minn 370 vettura. Inħarġu b’kollox 84 kontravenzjoni, waqt li nħarġu akkużi fil-konfront ta’ 14-il sewwieq, u ġiet ikkonfiskata vettura.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, ġew iċċekkjati l-vetturi, fost oħrajn jekk għandhomx fire-extinguishers u jekk id-data tal-iskadenza tagħhom hiex tajba; ġew iċċekkjati wkoll li l-vetturi huma miżmuma fi stat tajjeb; għat-tagħbija li qed iġorru u jekk hiex iktar milli suppost, kif ukoll jekk għandhomx first-aid kits. Fost iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kien hemm lil sewwieqa li ma kinux lebsin iċ-ċintorin tas-sigurtà, dwal mhux mixgħul kif suppost u lil sewwieqa li kienu qed isuqu mingħajr liċenzja valida tas-sewqan u li nqabdu jsuqu bil-mobile.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.