Ħatra ta’ Supretendenti u Surġenti tal-Pulizija

(PR 583/25)

F’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ippreseduta mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Dr Byron Camilleri u mill-Kummissarju tal-Pulizija, is-Sur Angelo Gafà, żewġ Spetturi nħatru fil-kariga ta’ Supretendenti tal-Pulizija, u 19-il kuntistabbli ġew promossi fil-grad ta’ Surġenti.

F’diskors waqt din iċ-ċerimonja, il-Ministru Dr Byron Camilleri rrimarka kif fl-aħħar snin il-Korp tal-Pulizija irnexxielu jnaqqas ir-rata ta’ kriminalità b’politika ta’ prevenzjoni, klassifikat mal-ewwel tnax -il pajjiż siguri fid-dinja, filwaqt li rebaħ aktar il-fiduċja tal-poplu. Huwa talabhom sabiex ikomplu jaħdmu sabiex jiksbu aktar minn dawn ir-riżultati filwaqt li jkunu ta’ spalla u servizz għas-soċjetà.

F’kelmtejn li għamel, il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà feraħ lill-uffiċjali kollha li ħadu l-promozzjoni u qal li l-Korp tal-Pulizija qiegħed ikompli jsaħħaħ fid-diversità tiegħu hekk kif 38 fil-mija fost dawk promossi huma nisa. Dan ukoll juri kemm il-mara qiegħda jkollha rwol dejjem aktar ċentrali fl-istrutturi tal-Korp. Semma wkoll kif illum, Malta tikklassifika bħala s-seba’ pajjiż fl-Unjoni Ewropea bl-ogħla proporzjon ta’ nisa fil-pulizija.

Huwa fakkar ukoll fit-tnedija tal-Corporate Strategy għall-ħames snin illi ġejjin, li timmarka bidu ta’ fażi ġdida fl-operat tal-Korp tal-Pulizija. Sostna li l-uffiċjali li ġew promossi huma l-protagonisti ta’ din il-fażi l-ġdida.

Għaċ-ċerimonja tal-ħatra attendew fost oħrajn id-Deputati u Assistenti Kummissarji, id-Direttur Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija, kif ukoll is-Segretarju Permanenti, fost oħrajn.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.