Ħabta bejn żewġ jet skis

(PR 362/25)

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga inċident li seħħ ilbieraħ fejn żewġ jet skis ħabtu f’xulxin fl-akwati tal-Bajja tal-Balluta.

Kienu għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar (1630hrs), xħin il-Pulizija ġiet infurmata li aktar kmieni, persuna kienet iddaħħlet l-Isptar Mater Dei, issofri minn ġrieħi serji.

Għaldaqstant, il-Pulizija marret fuq il-post tal-inċident u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-vittma huwa żagħżugħ Albaniż ta’ 18-il sena. Irriżulta wkoll li wara l-ħabta, huwa ttieħed lejn l-art permezz ta’ dinghy u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.


Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.