(PR 478/26)

Ħames persuni arrestati b’rabta ma’ ċirku kriminali ta’ traffikar tad-droga
Investigazzjoni intensiva wasslet biex matul il-jum tal-Erbgħa ġew arrestati ħames persuni – erba’ irġiel u mara kollha Maltin – li allegatament jiffurmaw parti minn grupp ta’ kriminalità organizzata ta’ traffikar ta’ droga.
L-arresti saru waqt tfittxijiet f’erba’ proprjetajiet differenti fl-istess ħin, f’Ħal Għaxaq, fil-Birgu u f’Ħaż-Żabbar.
Ir-rejd f’Ħal Għaxaq irriżulta fl-arrest ta’ tliet persuni li nqabdu fil-fatt jippakkjaw f’boroż diversi tipi ta’ droga. Il-Pulizija elevat minn din ir-residenza madwar 140 pakkett b’sustanza suspettata kannabis sintetika, madwar 30 pakkett b’sustanza suspettata kokaina u tliet pakketti oħra allegatament kannabis. Mir-residenza f’Ħal Għaxaq ġew issekwestrati ukoll ammont kbir ta’ ħwejjeġ lussużi u oġġetti elettroniċi, kif ukoll ġojjelli u madwar €2,000 fi flus kontanti.
Waqt dawn l-investigazzjonijiet ġew elevati wkoll erba’ vetturi tal-għamla BMW 850 I, Range Rover Sport, vann Peugeot u Opel. Żewġ persuni oħra ġew arrestati hekk kif marru f’garaxx f’Ħaż-Żabbar sabiex jippruvaw ineħħu l-BMW biex din ma tinqabadx mill-Pulizija.
Il-ħames persuni mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar (1200hrs), quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D.
Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Renata Farrugia LL.D.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.