(PR 242/26)

Erbgħa arrestati b’rabta ma’ rejd għad-droga fil-Marsa - Jinstabu wkoll 4 persuni li kienu qegħdin jgħixu Malta llegalment -

Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa, il-Pulizija wettqet rejd fl-Marsa b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga. Waqt li ġew arrestati erba’ Maltin, instabet ukoll kwantità ta’ droga, li allegatament kienet lesta biex tkun ittraffikata.

Dan riżultat ta’ operazzjoni konġunta bejn diversi sezzjonijiet tal-Pulizija li bdiet ftit wara l-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet fuq l-akwati ta’ fejn hemm ir-remissi, b’mod partikolari fi Triq il-Ġerrejja u Triq is-Serkin.

F’din l-operazzjoni ġie arrestat raġel ta’ 44 sena. Huwa nstab fil-pussess ta’ madwar 50 qartas b’sustanza suspettata kokaina u eroina. Tfittxija li saret fil-viċinanzi ta’ fejn ġie arrestat, il-Pulizija sabu 50 qartas ieħor. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem illi ġejjin u jkun akkużat bi traffikar tad-droga.

Mill-istess akwati ġew arrestati żewġt irġiel oħra ta’ 23 sena u 42 sena u tfajla ta’ 24 sena. Huma nstabu fil-pussess ta’ droga suspettata kannabis, kokaina u droga sintetika u mistennija jiġu akkużati bi pussess sempliċi tad-droga.

L-operazzjoni ssoktat f’remissa partikolari fejn malli l-Pulizija daħlu ġewwa, instabu 278 qartas kannabis, 126 qartas eroina u 9 qratas oħra kokaina, kollha lesti f’boroż żgħar biex jinbiegħu, flimkien ma’ madwar €1,400 fi flus kontanti. Ġie elevat ukoll apparat tas-CCTV li kien installat madwar l-istess remissa.

B’din is-sejba ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li qed tmexxi inkjesta.

Intant, waqt din l-istess operazzjoni ġew arrestati erba’ barranin li kienu qegħdin jgħixu Malta llegalment. Wara li saru l-verifiki neċessarji, l-erba’ persuni nħarġulhom Ordni ta’ Ritorn, fejn ittieħdu f’ċentru ta’ detenzjoni sakemm isir ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.