(PR 235/26)

Erba’ persuni arrestati b’rabta ma’ serq minn djar
Investigazzjonijiet intensivi b’rabta ma’ serq ta’ ammont sostanzjali ta’ oġġetti ta’ valur li seħħew ftit tal-jiem ilu minn diversi djar residenzjali, wasslu biex fl-aħħar sigħat il-Pulizija identifikat żewġ gruppi separati li allegatament huma involuti f’dawn is-serqiet.
Il-persuni arrestati huma erba’ irġiel, żewġ Maltin u żewġ Kolombjani. L-ewwel arresti saru lbieraħ għal xi nofsinhar, fejn il-Pulizija iċċirkondaw liż-żewġ Kolumbjani ta’ 26 sena u 23 sena, f’San Pawl il-Baħar. Huma kienu s-suspettati ewlenin f’serqa li saret minn residenza fis-Swieqi.

Iktar kmieni llum, iż- żewġ Kolumbjani tressqu l-Qorti ż-żewġ quddiem il-Maġistrat Dr Abigail Critien LL.D, fejn wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom u baqgħu miżmuma taħt arrest preventiv fil-Facilita’ Korretta ta’ Kordin.
Intant, aktar tard matul il-jum tal-bieraħ, għall-ħabta tas-sitta nieqes kwart ta’ filgħaxija, ġew arresti ż-żewġ Maltin, fiż-Żejtun.Huwa suspettati li wettqu diversi serqiet minn djar f’Santa Lucija, Ħaż-Żabbar, ix-Xgħajra, il-Kalkara u Ħal Tarxien.
Iż-żewġ Maltin ta’ 51 sena u 41 sena mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.