(PR 359/26)

Ċiklist iweġġa’ serjament f’inċident iż-Żejtun

Illum, għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħodu (1015hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq id-daħla ta’ San Tumas, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm raġel ta’ 47 sena residenti Ħal Tarxien, u vettura DAF, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 82 sena residenti l-Imqabba.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

ll-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.