Belġjan arrestat b’rabta ma’ importazzjoni tad-droga kokaina

(PR 551/25)


Belġjan ta’ 40 sena aktar kmieni llum tressaq il-Qorti akkużat bl-importazzjoni f’Malta tad-droga kokaina, li kienet moħbija fl-istonku.

Ir-raġel ġie arrestat il-Ġimgħa mal-wasla tiegħu f’Malta fuq titjira minn Amsterdam. Huwa twaqqaf fuq suspett li qiegħed fil-pussess tad-droga.

Wara li ttieħed l-Isptar Mater Dei, sarulu t-testijiet u rriżulta li kellu moħbija 20 kapsola, b’total ta’ madwar 300 gramma, b’valur fit-triq ta’ ftit aktar minn €30,000.

Quddiem il-Maġistrat Dr Rachel Montebello LL.D. il-Belġjan wieġeb ħati tal-akkużi. Is-sentenza se tkun qiegħda tingħata mill-Qorti aktar ‘il quddiem.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.