Avviż dwar it-tiġdid u t-trasferiment tal-Armi

(PR 647/24)

Il-Korp tal-Pulizija javża b’tibdil fid-dokumenti li wieħed irid jippreżenta meta jiġi biex iġedded il-liċenzja tal-armi minn Jannar 2025:

Għal-Liċenzja ta’ Kollettur A u A Speċjali jridu jiġu ppreżentati

1) L-approvazzjoni tal-klabb bħala kolletur tal-armi:

2) Formola ta’ Ċertifikazzjon tas-Saħħa (Firearms Ownership Health Certification Form) li ma tkunx ilha maħruġa iktar minn xahrejn minn meta l-persuna liċenzjata tmur biex iġedded il-liċenzja

Għal-Liċenzja ta’ Kolletur B irid jiġi ppreżentat

1) Formola ta’ Ċertifiazzjoni tas-Saħħa (Firearms Ownership Health Certification Form) lli m atkunx ilha maħruġa iktar minn xahrejn minn meta l-persuna liċenzjata biex iġedded il-liċenzja.

Għal-Liċenzja ta’ Sparar bil-mira A u B iridu jiġu ppreżentati

1) L-approvazzjoni tal-klabb bħala membru li jispara fuq targets;

2) Polza tal-assigurazzjoni għal riskji ta’ terzi pesuni;

3) Formola ta’ Ċertifikazzjoni tas-Saħħa (Firearms Ownership Health Certification Form) li ma tkunx iha iktar minn xahrejn minn meta l-persuna liċenzjata tmur biex iġedded il-liċenzja

Għal-Liċenzja ta’ Sparar bil-mira A Speċjali jridu jiġu ppreżentati

1) L-approvazzjoni tal-klabb bħala membru li jispara fuq targets u li wieħed jista’ jipprattika b’mod attiv jew li qed jipparteċipa f’kompetizzjonijiet ta’ sparar hekk kif inhu mitlub mir-regolament;

2) Polza ta’ assigurazzjoni għal riskji ta’ terzi persuni;

3)Formola ta’ Ċertifikaazjoni tas-Saħħa (Firearms Ownership Health Certification Fom) li ma tkunx ilha maħruġa iktar minn xahrejn minn meta l-persuna liċenzjata tmur biex iġedded il-liċenzja.

Għal-Liċenzji tal-Kaċċa jridu jiġu ppreżentati

1)Rakkomandazzjoni maħruġa minn organiżazzjoni mwaqqfa skond il-liġi li tkun tirrapreżenta lill-kaċċaturi;

2)Polza tal-assikurazzjoni għal riskji ta’ terzi persuni;

3)Formola ta’ Ċertifikaazjoni tas-Saħħa (Firearms Ownership Health Certification Fom) li ma tkunx ilha maħruġa iktar minn xahrejn minn meta l-persuna liċenzjata tmur biex iġedded il-liċenzja.

Nota: Il-formoli msemmija iżjed ’il fuq huma aċċessibbli mis-sit www.pulizija.gov.mt taħt il-kategorija – Servizzi.

Il-Korp tal-Pulizija jixtieq javża wkoll li mit-18 ta’ Novembru 2024, ġew iċċentralizza s-servizz tat-trasferimenti tal-Armi f’Malta u dan bil-għan li dal-proċess isir iżjed effiċjenti u salv għal xi eċċezzjonijiet, it-trasferiment isir dak il-ħin stess.

Dawn it-trasferimenti issa se jibdew isiru kollha mill-Uffiċċju tal-Armi fi ħdan il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Furjana fil-ħinijiet tal-ftuħ tal-uffiċċju:

mit-Tnejn sal-Ġimgħa

07:30 AM – 12:00 PM

12:30 PM – 2:15 PM

It-trasferimenti tal-Armi f’Għawdex se jibqgħu jsiru fl-Uffiċċju tal-Pulizija, ġewwa r-Rabat Għawdex.

Ħarsa Ġenerali tal-Privatezza

Din il-websajt tuża cookies biex inkunu nistgħu nipprovdulek l-aħjar esperjenza possibbli. L-informazzjoni tal-cookies tinħażen fil-browser tiegħek u twettaq funzjonijiet bħal li tagħrafek meta terġa’ lura għall-websajt tagħna u tgħin lit-tim tagħna jifhem liema sezzjonijiet tal-websajt issib l-aktar interessanti u utli.

Cookies Assolutament Neċessarji

Il-Cookie Assolutament Neċessarju għandu jkun attivat il-ħin kollu biex inkunu nistgħu nżommu l-preferenzi tiegħek għas-settings tal-cookies.

Cookies Limitati Ta' Partijiet Terzi

Dawn il-cookies huma ssettjati minn entitajiet oħra barra minn dan l-Uffiċċju, u jistgħu jkunu kemm temporanji jew persistenti. L-użu ta' dawn il-cookies f'dan is-sit huwa ristrett u huwa permess biss għal skop ta' qsim soċjali (jippermettilek li tqassam l-artikli tagħna permezz tan-networks varji tal-midja soċjali) u għal meta ndaħħlu kontenut ta' siti terzi fuq il-paġni ta' dan is-sit.